Il-Kunċert Lokali L-Aqwa 20 Tal-Maltin Jimxi Għal Ftit Jiem Qabel Minħabba L-Elezzjoni!

Ġiet imħabbra data ġdida għal wieħed mill-aktar kunċerti mistennija tas-sena! Fit-22 ta’ Mejju 2026 fid-21:00, Pjazza San Ġorġ se tinbidel f’palk spettakolari għal L-Aqwa 20 Tal-Maltin, serata mużikali li se tiċċelebra l-aktar kanzunetti favoriti mill-pubbliku.



Dan il-kunċert se jlaqqa’ fuq l-istess palk lista impressjonanti ta’ artisti Maltin, fosthom Sarah Bonnici, Daniel Cauchi, Mike Spiteri, Mary Rose Mallia, Brooke, MARA, Fabrizio Faniello, Georgina, Gillian Attard, Ludwig Galea, Mark Spiteri Lucas, Priscilla Psaila, Ivan Grech, Hermann Bonaci, Mary Spiteri, Ryan Hili, Olivia Lewis u Klinsmann.



L-ispettaklu se jkun akkumpanjat minn orkestra live taħt id-direzzjoni tal-Maestro Paul Abela, li żgur se jagħti dimensjoni ġdida lil dawn il-kanzunetti tant maħbuba. Biljetti diġà jinsabu għall-bejgħ online, u kollox jindika li dan se jkun avveniment li ma tridx titlef, lejl wieħed, fuq palk wieħed, bl-aqwa mużika Maltija magħżula minnkom stess.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI