Jason Micallef ħabbar li kmieni din il-ġimgħa aċċetta stedina biex jieħu sehem f’sensiela ta’ programmi ddedikati għad-diskussjoni u l-analiżi tal-kampanja elettorali fuq l-istazzjon F Living. Dawn il-programmi se jinkludu diskussjonijiet flimkien ma’ Peppi Azzopardi, filwaqt li l-preżentazzjoni se tkun f’idejn Karl Bonaci, li se jmexxi d-dibattitu.
Fil-messaġġ tiegħu, Micallef irringrazzja lit-tmexxija ta’ F Living tal-istedina u esprima t-tama tiegħu li dawn il-programmi jkunu ta’ servizz għat-telespettaturi. Huwa qal li l-għan hu li tingħata diskussjoni u analiżi matura ta’ dak kollu li jkun qed iseħħ waqt il-kampanja elettorali.
Huwa ħeġġeġ ukoll lill-pubbliku biex isegwi dawn il-programmi fil-jiem li ġejjin.
Facebook / F Living