“Skoprejt xi Għasfur tal-bejt (sparrow) ċkejken?
Jekk hu nestling – b’għajnejh magħluqa, bla rix jew ftit ħafna rix – x’aktarx waqa’ mill-bejta. Poġġih bil-mod lura fil-bejta tiegħu. Jekk ma tistax tasal għall-bejta, poġġi l-għasfur f’kaxxa tal-kartun qrib xi arbuxxell jew siġra fejn sibtu.
Jekk għandu r-rix u għajnejh miftuħa, huwa fledgling! Dawn l-għasafar żgħar qed jitgħallmu jtiru u ħafna drabi jispiċċaw mal-art. Dan huwa parti normali mill-iżvilupp tagħhom. Il-fledglings għadhom jiġu mħarsa u mitmugħa mill-ġenituri tagħhom, għalhekk normalment m’għandhomx bżonn għajnuna. Jekk taħseb li jinsab f’periklu, mexxih bil-mod lejn post aktar għoli, bħal fuq ledge jew fuq fergħa ta’ siġra.
Ftakar li l-għasafar tal-bejt huma annimali selvaġġi – il-kustodja u kuntatt mal-bniedem jistgħu jagħmlulhom ħsara. Teħodhomx id-dar,għandhom bżonn il-ġenituri tagħhom, mhux in-nies. Ħafna minnhom ma jgħixux fil-magħluq. L-aħjar ħaġa li tista’ tagħmel hi li tħallihom fejn il-ġenituri jistgħu jsibuhom u jieħdu ħsiebhom. “
Ritratti: Denis Cachia