Aktar unur għal Malta, din id-darba minn student ta’ 12-il sena bl-isem ta’ Kane Farrugia fejn impressjona bil-kbir f’kompetizzjoni tal-għawm.
Kane, li huwa student fin-National Sports School, ġar 13-il midalja f’kompetizzjoni tal-għawm fl-Olanda. TVMsport tkellem aktar dwar dan.
“Kane Farrugia, student ta’ 12-il sena fin-National Sports School, iddomina kompetizzjoni tal-għawm fl-Olanda fejn rebaħ 13-il midalja minn 13-il tiġrija,” huma kitbu. “B’kollox ġab 4 tad-deheb u 9 tal-fidda, kisba li tispikka aktar meta tqis li l-isport ewlieni tiegħu huwa l-waterpolo u mhux l-għawm.”
Prosit kbira Kane!
Facebook / TVMsport