Rowan Atkinson Kien Gradwa Bħala Inġinier Iżda Wara Ntebaħ Li L-Passjoni Tiegħu Kienet Ir-Reċtar

Illum il-ġurnata hu meqjus bħala ġgant fid-dinja tal-kummiedja iżda kieku ma kienx għal grupp ta’ ħbieb li ħeġġewh sabiex jitla’ fuq il-palk għall-ewwel darba f’ħajtu, kien jissokta jimmilita minflok fl-istudji tiegħu sabiex isir inġinier.

Rowan Atkinson hu magħruf mad-dinja kollha b’mod speċjali għall-karattru ta’ Mr Bean; karattru li sawwar u interpreta hu stess u bih jirnexxielu jnissel tbissima, ħafna drabi mingħajr ma jlissen biss kelma waħda.

Fl-ewwel snin ta’ żogħżitu, l-attur Ingliż kien qed jistudja f’fost l-aqwa skejjel u universitajiet Ingliżi sabiex iwettaq il-ħolma tiegħu li jsir inġinier. Madankollu, ħajtu ħadet xejra differenti meta fl-Università ta’ Oxford, waħda mill-aqwa universitajiet Ingliżi, iltaqa’ ma’ grupp ta’ ħbieb li kienu jirreċtaw.

Meta, inkoraġġut minn dawn il-ħbieb, Rowan Atkinson tela’ fuq il-palk għall-ewwel darba, irrealizza li l-kummiedja ma kienx biss jieħu gost isegwiha, iżda wkoll jagħmilha u kien għalhekk li biddel ħajtu ta’ taħt fuq u minflok iddedika lilu nnifsu sabiex inissel tbissima fost biljuni ta’ segwaċi minn madwar id-dinja.







Ritratti:

Facebook / Ora e Pasdites u Pinterest / Young Rowan Atkinson

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI