Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Dark Malta Tours tkellmu dwar lapida li tpoġġiet fuq il-qabar ta’ Allen Marden Baggott, raġel li kien salva minn fuq it-Titanic u kien midfun f’Malta fejn f’dawn is-snin kollha ma kellux lapida fuq il-qabar.
Huma qalu, “riċentamet sirt naf li wieħed min-nies li salvaw l-RMS Titanic, Allen Marden Baggott, kien midfun f’Malta f’qabar bla lapida. Għalhekk iddeċidejt li nixtrilu lapida. Il-Friends of Ta’ Braxia, li jagħmlu xogħol mill-aqwa f’dan iċ-ċimiterju, urewni fi Frar fejn kien midfun Allen. L-ewwel ħsieb tiegħi kien: ‘M’għandux lapida, allura se nagħmillu waħda.’”
Żiedu, “Imbagħad irranġajt biex tinbena din il-lapida tal-irħam, u issa poġġejtha fuq il-qabar ta’ Allen. Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm ukoll James Borg, raġel Malti li kkuntattjani wara l-ewwel filmat li għamilt dwar din l-istorja biex jara jekk jistax jgħin, u għalhekk ħallas nofs l-ispiża tal-lapida.”