Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Chris Said ħabbar li mhux ser ikun qed jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali.
Hu qal, “Hekk kif ġiet imsejħa l-elezzjoni ġenerali, nasal fi tmiem ta’ kapitlu fil-ħajja pubblika tiegħi. Kien unur kbir għalija li naqdi lill-poplu bħala Membru Parlamentari, kif ukoll fil-karigi ta’ Ministru u Segretarju Parlamentari. Qabel dan, servejt ukoll bħala Sindku u Kunsillier fin-Nadur – esperjenzi li ffurmawni u li dejjem se nibqa’ ngħożż u napprezza.”
Żied, “Matul dawn is-snin kollha, ħdimt bl-aħjar mod li stajt, b’sens ta’ dover u b’imħabba lejn pajjiżna u lejn il-komunità tagħna. Ma kienx vjaġġ faċli, imma kien wieħed mimli tagħlim, sfidi u sodisfazzjon. Nixtieq nirringrazzja lil kull min tani l-fiduċja tiegħu tul is-snin – lill-familjari tiegħi, lill-kollegi u dawk qrib tiegħi, u fuq kollox lill-Għawdxin li fdawni biex inkun il-vuċi tagħhom.”
Qal ukoll, “Inħares ’il quddiem b’serenità u bi gratitudni għal dak kollu li għext u tgħallimt. Grazzi mill-qalb lilkom kollha.”
Awguri għall-futur!
Chris Said