Il-Forza Tal-Pulizija ta’ Malta kitbu messaġġ t’awgurju lil RPC J. Bajada li rċieva rikonoxximent ta’ unur kbir waqt Jum Ta’ Sannat.
Fuq il-paġna uffiċjali kitbu, “Waqt ċerimonja organizzata mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat, bħala ċelebrazzjoni ta’ Jum Sannat, RPC J. Bajada ġie formalment rikonoxxut għas-servizz u dedikazzjoni tiegħu lejn din il-lokalita`. Dan jirrifletti d-dedikazzjoni li l-uffiċjali tagħna juru kuljum, billi jappoġġjaw u jieħdu azzjoni fil-komunitajiet li jservu.”
Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti ta’ tifħir mingħand persuni kburin b’dan il-pulizija minn Għawdex.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu mill-qalb għal dan l-unur sabiħ u nirringrazzjaw lill-pulizija tax-xogħol li jagħmlu kuljum biex iżommu lil pajjiżna sigur.
Facebook / The Malta Police Force