Aħbar Pożittiva Rigward Faċilitajiet Ġodda Għal Żwiemel Irtirati Mill-Isport F’Malta

Għadha kif ġiet maħruġa aħbar sabiħa għal ħafna żwiemel sportivi f’Malta hekk kif inħolqu faċilitajiet ġodda biex dawn l-annimali jingħataw aktar kura u post sigur wara li jirtiraw mill-isport.

EquestriMalta għenet lil żewġ għaqdiet volontarji biex jinbnew spazji apposta għal żwiemel li jkollhom bżonn kura, mistrieħ u riabilitazzjoni wara l-karriera sportiva tagħhom. Il-ħidma qed issir flimkien ma’ RMJ Horse Rescue u Second Chance Horse Rescue, li jieħdu ħsieb żwiemel salvati u jgħinuhom isibu dar ġdida u aħjar.

Fil-faċilitajiet il-ġodda saru remissi biex jipproteġu liż-żwiemel mix-xemx u x-xita, paddocks fejn jistgħu jiċċaqalqu bil-kumdità kif ukoll raddiena li tintuża biex iż-żwiemel jagħmlu eżerċizzju waqt li jirkupraw. Dawn iż-żwiemel jibqgħu f’Malta għal xi żmien sakemm imbagħad jintbagħtu f’faċilitajiet akbar barra minn Malta, speċjalment fir-United Kingdom, fejn ikunu jistgħu jgħixu f’ambjent aktar adattat għalihom.

Din l-inizjattiva qed tagħti aktar tama u dinjità lil dawn iż-żwiemel, anke wara li jintemm iż-żmien tagħhom fl-isport.







Ritratti:

DOI

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI