“Għadha T-Tifla Ż-Żgħira Tal-Familja” – Wayne Aquilina B’messaġġ Mimli Mħabba Għal Għeluq Snin Oħtu Rochelle

Il-preżentatur maħbub ta’ ONE u s-sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina qasam messaġġ ħelu u mimli mħabba lejn oħtu Rochelle Aquilina hekk kif qed tiċċelebra għeluq sninha.

Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, Wayne ddeskriva lil Rochelle bħala “iż-żgħira tal-familja”, filwaqt li b’umoriżmu qal li llum “kibret naqra oħra”.



“Kienet, għadha u tibqa’ ż-żgħira tal-familja, għalkemm illum kibret naqra oħra Happy birthday lil unika oħt u z-zija Rochelle Aquilina,” kiteb Wayne.



Il-messaġġ ġibed diversi kummenti ta’ awguri mingħand ħbieb u segwaċi, li ngħaqdu biex jawguraw lil Rochelle ġurnata sabiħa mimlija ferħ u mħabba.



F’isem it-tim ta’ Gwida, ningħaqdu magħhom sabiex nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha sena mimlija saħħa, hena u paċi f’qalbha!

Ritratti:

Facebook / Wayne Aquilina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI