Il-paġna tal-Facebook Aġġornament tat-Temp tkellmet dwar is-sitwazzjoni tat-temp bħalissa hekk kif għaddejin minn ġranet ta’ temp imħawwad.
“Temp instabbli madwarna b’diversi maltempati żgħar,” huma kitbu. “Dan it-temp ilu għaddej fil-Lvant tal-Gżejjer Maltin.”
“Dan jinħoloq kawża ta’ temperatura ogħla minn dik tal-baħar,” huma spjegaw. “L-indikazzjoni tibqa’ li dan il-maltemp mhux ser imiss il-Gżejjer Maltin.
Facebook / Aġġornament tat-Temp