“Din Is-Sena Saħansitra Aktar Emozzjonali Mis-Soltu…” – Rachel Vella Tiċċelebra Għeluq Sninha F’Jum L-Omm

Rachel Vella

F’messaġġ mill-qalb li qasmet fuq il-midja soċjali, il-preżentatriċi Rachel Vella fetħet qalbha dwar il-ħajja, il-familja, il-maternità u l-isfidi li għaddiet minnhom matul din is-sena, hekk kif din id-darba għeluq sninha reġa’ ħabat ma’ Jum l-Omm.

“Din is-sena saħansitra aktar emozzjonali mis-soltu…” tikteb Rachel. Hi qalet li aktar ma tikber fl-età, aktar qed tirrealizza kemm il-ħajja tgħaddi malajr, filwaqt li sostniet li mumenti bħal dawn ifakkruna napprezzaw dak li tassew jgħodd.

Fil-messaġġ tagħha rringrazzjat lil dawk kollha li bagħtulha messaġġi, ċemplulha jew ħasbu fiha, u sostniet li fi żmien fejn il-ħin sar wieħed mill-aktar affarijiet prezzjużi, il-ġentilezza u l-ħsieb lejn ħaddieħor jibqgħu importanti ħafna.

Tirringrazzja lill-familjari kollha tagħha li dejjem sabithom u għadha ssibhom hemm f’kull pass li tagħmel.

Minkejja l-isfidi kollha li ġġib il-ħajja, sostniet li qatt ma kienet persuna li taqta’ qalbha, u li se tibqa’ taħdem u tikkumbatti sabiex tilħaq il-miri tagħha u tappoġġja lil uliedha.

Temmet il-kitba tagħha billi qalet li aktar milli qed tiċċelebra għeluq sninha, qed tiċċelebra l-gratitudni — għas-saħħa, l-imħabba, il-familja, ir-reżiljenza u fuq kollox għall-fatt li hija omm.

“Li nkun omm tibqa’ għal dejjem l-akbar barka ta’ ħajti,” kitbet fi tmiem il-messaġġ tagħha.

Awguri mill-qalb Rachel!







Ritratti:

Facebook/ Rachel Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI