Il-preżentatur u personalità televiżiva Keith Demicoli awgura f’għeluq sninha lil martu Alexia.
Permezz tal-kitba tiegħu fuq il-midja soċjali, Keith fetaħ qalbu dwar ir-realtà ta’ relazzjoni u x’jagħmilha tassew b’saħħitha.
“Wara 20 sena flimkien, ġenwinament naħseb li l-aqwa relazzjonijiet mhumiex dawk perfetti… huma dawk li jgħaddu mill-istress, min-nuqqas ta’ qbil, minn ġimgħat impenjattivi u minn bidliet matul iż-żmien, filwaqt li xorta jsibu raġuni biex jidħku flimkien u jagħżlu lil xulxin kuljum.”
Keith sostna wkoll li relazzjoni vera mhux dejjem faċli u li, kuntrarju għal dak li kultant jidher fuq il-midja soċjali.
Il-messaġġ intemm b’awguri għal martu, “Happy Birthday” lil Alexia.” Qasam diversi ritratti u filmati memorabbli għall-okkażjoni.
Awguri mill-qalb Alexia!
Facebook/ Keith Demicoli