Mument traġiku ħasad lill-komunità reliġjuża u lil ħafna persuni oħra wara li s-Soru Nadir, soru karmelitana żagħżugħa, tilfet ħajjitha waqt li allegatament kienet qed tipprova ssalva waħda mill-konsorelli tagħha li sabet ruħha f’diffikultà fil-baħar qrib Catania.
Skont messaġġ emozzjonanti li xxandar fuq il-midja soċjali, is-Soru Nadir kienet ħarġet għal ġurnata trankwilla flimkien ma’ sorijiet oħra, iżda kollox inbidel f’ħakka t’għajn meta nqalgħet sitwazzjoni diffiċli fil-baħar.Jidher li s-soru rnexxielha tgħin lill-konsorelli tagħha, iżda wara spiċċat intilfet minn sensiha u għerqet.
Fil-messaġġ li xxandar dwarha, ħafna ddeskrivewha bħala persuna mimlija ferħ, determinazzjoni u mħabba kbira lejn Alla u lejn il-persuni ta’ madwarha. “Il-ħajja tassew imprevedibbli u kollox jista’ jinbidel f’sekonda,” intqal fost kliem mimli emozzjoni, fejn tfakkret ukoll il-qalb kbira tagħha u l-mod kif kienet dejjem lesta tagħti parir jew tgħin lil min ikollu bżonnha.
Diversi persuni sellmu l-memorja tagħha b’messaġġi ta’ kuraġġ u talb, filwaqt li ħafna qed jitolbu wkoll għall-konsorelli tagħha u għall-familja tagħha f’dan iż-żmien tant diffiċli.
Fb/ Fraternità Amici di Gesù Buon Pastore