Mhux sigriet li Clifford Galea huwa personalità li tant jgħożż dak kollu li hu relatat mal-arti u l-kultura. Il-kultura ta’ pajjiżna fost l-oħrajn japprezzaha immens.
Apparti minn hekk Clifford telgħatlu memorja ta’ meta lura fiż-żmien kien ikanta. Il-memorja teħodna lura għall-2007.
“Il-kultura ġo demmi minn dejjem; sew jekk storja, arti, mużika. Kont inkanta iva u kelli mumenti sbieħ. Hawn fl-2007 u lbieraħ telgħali bħala memorja dan il-kunċert li kien sar Tas-Sliema.”
Clifford ikompli, “Illum bla ħsieb, niltaqa’ mal-għażiża Debbie Scerri f’Dar il-Mediterran. Illejl it-tajjeb l-aħwa.”
Apparti minn hekk fl-2010 Clifford kien ħa sehem fil-Malta Eurovision flimkien mal-kantanta lokali Nadine Axisa, bil-kanzunetta Once in a Lifetime.