Deher biċ-ċar kemm l-ambaxxatriċi Maltija tal-Eurovision 2025, Miriana Conte, bniet relazzjoni mill-aqwa ma’ sħabha l-kontestanti. Jidher li llum il-ġurnata, xhur wara l-parteċipazzjoni tagħha, għadhom tant viċin, u saħansitra organizzat festin, Pyjama party, magħhom.
Fosthom kien hemm Alexander Rybak, li rrappreżenta lin-Norveġja darbtejn, fejn fl-2009 rebbaħhom bil-kanzunetta Fairytale. Apparti minn hekk reġgħet iltaqgħet ma’ Tommy Cash, li s-sena l-oħra kiseb popolarita enormi bil-kanzunetta Espresso Machiato.
Miriana tassew qed tikseb rikonoxximent internazzjonali kbir u qed tkompli tagħmel unur għat-talent lokali!