“Iddispjaċieni Li Ma Għaddejniex Għall-Finali Imma L-Esperjenza Tiegħi Fil-Eurovision Kienet Meraviljuża.” – Boy George

Sen u Boy

L-istilla ta’ fama mondjali Boy George ilbieraħ ħa sehem flimkien ma’ Senhit għal San Marino, li sfortunatament ma għaddewx għall-finali tal-Eurovision.

L-istilla tal-Culture Club ingħaqdet ma’ Senhit waqt l-ewwel semi-finali, fejn kantaw il-kanzunetta tagħha Superstar flimkien.

Waqt li kiteb fuq il-pjattaforma X, Boy George ammetta li ddispjaċieh li ma kienx ħa jieħu sehem fil-finali nhar is-Sibt li ġej, iżda jiddesprivi l-esperjenza bħala “meraviljuża” xorta waħda.

“Jekk ivvutajtu għalina, grazzi ħafna, iddispjaċieni li ma għaddejniex għall-finali iżda l-esperjenza tiegħi [fil-Eurovision] kienet meraviljuża,” kiteb.

Boy George u Senhit ser ikunu qed jaħdmu flimkien fix-xhur li ġejjin fosthom waqt it-tour tiegħu.







Ritratti:

Facebook/ Eurovision

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI