Il-kantanta lokali Martina Fenech kitbet messaġġ mimli mħabba hekk kif binha qed jiċċelebra għeluq is-seba’ sena tiegħu. Permezz ta’ kliem mill-qalb, Martina fissret kemm dawn is-snin kienu speċjali għaliha u kemm binha biddel ħajjitha mill-jum li twieled.
Fil-messaġġ tagħha, il-kantanta qalet li seba’ snin ilu Gabriel daħal f’ħajjithom u sebbaħha għal dejjem.
“Qatt tieqaf toħlom, tidħak, tkun ġentili, u tkun l-uniku INTI. Jalla l-ġurnata tiegħek tkun mimlija ferħ, imħabba, sorpriżi u memorji maġiċi għax ħaqqek id-dinja u aktar.
Martina kompliet tgħid li t-tbissima ta’ binha ddawwal kull kamra u li d-daħk tiegħu jimla qalbhom bil-ferħ, waqt li kull ġurnata miegħu hi avventura ġdida. Hija esprimiet ukoll kemm hi kburija li hija ommu.
Awguri Gabriel!
Facebook/ Martina Fenech