Suor Melissa qasmet messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali hekk kif irċeviet uffiċjalment il-mandat għat-tmexxija tal-iskejjel fdati f’idejha, flimkien ma’ diretturi u kapijiet ta’ skejjel oħra.
Fil-post tagħha, Suor Melissa ddeskriviet il-ġurnata bħala waħda importanti ħafna fil-vjaġġ tagħha ta’ tmexxija u servizz fil-qasam edukattiv.
Hija qalet li flimkien mal-kollegi tagħha qed timpenja ruħha biex tmexxi b’viżjoni mibnija fuq il-valuri tal-Evanġelju, filwaqt li tkompli ssostni u takkumpanja lill-komunità edukattiva kollha.
Suor Melissa enfasizzat ukoll l-importanza li tilqa’, tipproteġi u tagħti appoġġ lil kull persuna afdata lilha, b’attenzjoni partikolari lejn dawk l-aktar vulnerabbli, filwaqt li twassal messaġġ ta’ tama u fejqan permezz tal-għażliet u l-eżempju tagħha.
Il-post kien akkumpanjat ukoll minn ritratt ma’ ħabib u kollega tagħha f’din il-missjoni ġdida. Suor Melissa hija marbuta mal-Immaculate Conception Secondary School – St. Jeanne Antide College Tarxien u mal-St. Joan Antide Primary School.
Bosta persuni sellmulha fil-kummenti u awgurawlha aktar suċċess fil-ħidma edukattiva u pastorali tagħha.
Facebook / Suor Mēlisså D’Amico