MADC b’sogħba kbira ħabbret il-mewt ta’ Nella Meadows, persuna li kienet meqjusa bħala waħda mill-pilastri ewlenin tal-għaqda teatrali Maltija.
Fi stqarrija emozzjonali, MADC qalet li Nella mhux biss kienet membru għal ħafna snin fil-kumitat maniġerjali, iżda kienet ukoll il-qalb tad-dipartiment għal aktar minn 40 sena.
Il-kontribut tagħha kien deskritt bħala wieħed imprezzabbli, hekk kif permezz tal-ħila u d-dedikazzjoni tagħha kienet tagħti l-ħajja lill-produzzjonijiet teatrali tal-kumpanija.
L-MADC fissret kif il-passjoni u l-impenn ta’ Nella Meadows ħallew impatt qawwi fuq il-komunità teatrali lokali, b’ħafna jfakkruha bħala persuna dedikata, mimlija talent u dejjem lesta tgħin minn wara l-kwinti.
“B’dispjaċir kbir ninfurmawkom bil-mewt tal-għażiża tagħna, Nella Meadows… Il-kontribut ta’ Nella kien tassew sinifikanti, u ta l-ħajja lill-produzzjonijiet tagħna b’ħila bla paragun. Kondoljanzi sinċieri lill-familja għażiża tagħha. Jalla tistrieħ fil-paċi.”
It-tim ta’ Gwida.mt jsellem il-memorja ta’ Nella.