L-Uffiċċju Meteoroloġiku ħabbar li llum il-gżejjer Maltin jistgħu jintlaqtu minn temp maltemp minkejja li qrobna sew lejn il-bidu tas-sajf.
Skont l-aħħar tbassir, matul il-jum huma mistennija ħalbiet tax-xita li jistgħu anke jiżviluppaw f’ragħad u maltempati iżolati.
It-temperaturi mistennija jilħqu l-24°C, filwaqt li r-riħ mistenni jdur bejn Forza 3 u 4 minn direzzjoni bejn ix-Xlokk u l-Lbiċ.
Dan l-aġġornament jasal wara ġranet ta’ temp aktar sħun u xemxi, li ħafna kienu jqisuh bħala bidu tas-sajf. Madankollu, jidher li t-temp għadu instabbli u jista’ jġib bidliet f’daqqa matul il-ġimgħat li ġejjin.