“Grazzi Ħafna Tal-Awguri Kollha Li Bgħattuli F’Għeluq Snini” – Louise Doneo B’Messaġġ Ta’ Apprezzament

Louise Doneo

Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha l-attriċi u preżentatriċi lokali Louise Doneo. F’dan il-jum, bosta awgurawlha l-isbaħ xewqat b’messaġġ onest u mill-qalb.

Lil Louise bla dubju li niftakruha bħala attriċi f’diversi produzzjonijiet fosthom L-Ispettur Lowell, Sherry Rainer, Miriana Coliero, Strada Stretta, Id-Dar Tas-Soru, Elf Metodu u riċentament waqt CASA Ċelestina.



Ritratt: Facebook/ Louise Doneo



Preżentat programmi popolari bħal L-Esperti u anke għal xi żmien kienet tkanta. Louise fost l-oħrajn tiġi z-zija ta’ Lindsey Borg Brincau, li hi l-mara tal-artist u mużiċist lokali Matthew James Borg.

Lindsey tiktbilha messaġġ għall-okkażjoni fejn tesprimi kemm tapprezzaha. “Lill-mara li nsejħilha z-zija tiegħi, imma li kienet ukoll l-aqwa ħabiba, oħt, u omm għalija – kulma kelli bżonn, kull meta kelli bżonn. Happy Birthday sabiħa tiegħi, inħobbok miljuni.”

Louise qasmet ringrazzjament għal kull min awguralha. “Grazzi ħafna tal-awguri kollha li bgħattuli f’għeluq snini.”

It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil Louise l-isbaħ xewqat mill-qalb!



Ritratti:

Facebook/ CASA Ċelestina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI