Pompieri Tas-CPD Mill-Istazzjon 4 Jintervjenu Hekk Kif Vettura F’Santa Luċija Qabdet Bin-Nar

Sfortunatament kien hemm nar ta’ vettura f’San Luċija lbieraħ filgħaxija fejn ix-xufier sofra zi ġrieħi. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili intervjena minnufih.



“Ilbieraħ filgħaxija, il-pompieri tas-CPD mill-Istazzjon 4 wieġbu għal nar ta’ vettura wara ħabta tat-traffiku fit-triq li involviet vettura b’magna tal-kombustjoni interna (ICE) f’Santa Luċija,” kitbet il-paġna ta’ Facebook tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta.

“Is-xufier sofra ġrieħi fl-inċident u ttieħed l-isptar għal aktar kura medika. L-ekwipaġġi tal-emerġenza ħadmu b’mod effiċjenti biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni u jitfu n-nar għalkollox, u jiżguraw li ż-żona ssir sigura għal dawk kollha involuti.”

“Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta tirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u lid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei għall-assistenza u l-appoġġ siewi tagħhom fuq il-post.”

Ritratti:

Facebook / Civil Protection Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI