“Kull Ma Nixtieq Għalik Hu Li Tara Lilek Innifsek Kif Narak Jien Faith!” – Up And Up With Faith

Omm l-għażiża Faith, fuq il-paġna iddedikatha għal bintha Faith kitbitilha messaġġ fejn spjegat kemm għandha mħabba għaliha.

Hi esprimiet, “Kull ma nixtieq għalik hu li tara lilek innifsek kif narak jien Faith!”

Qaltilha bi mħabba ġenwina, “M’għandekx idea kemm il-mummy tarak sabiħa, kemm id-daħqa tiegħek timlini b’ferħ, kemm nemmen fik, kemm nixtieqlek affarijiet sbieħ, kemm lesta nagħmel kollox għalik, kemm lesta inbati jien biex dik it-tbissima l-ġmiel tagħha ttul ħajtek kollha, kemm inti importanti għalija u kemm inħobbok! “



Kompliet tiftaħ qalbha, “Qabel twilidt qaluli li se jkolli tarbija perfetta, u f’għajnejja u f’qalbi ngħid kemm kellhom raġun!”



Din hi l-imħabba veru ta’ omm, li tirrifletti f’kull kelma ta’ dan il-messaġġ sabiħ.



Ritratti:

Facebook / Up & Up with Faith

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI