Nhar is-Sibt li għadda l-preżentatriċi Mya Scicluna għexet l-esperjenza unika li taqra l-voti għal Malta. Wara l-Eurovision hi esprimiet kemm hi grata li ġiet afdata b’dan l-irwol.
“L-inkoraġġiment, il-gwida, il-ħidma, u l-preżenza tagħkom fissru aktar milli jistgħu jesprimu l-kliem. Grazzi speċjali lill-Management u l-ekwipaġġ kollu tal-PBS. Antonella Vassallo li minkejja li kienet fi Vjenna u impenjata ħafna tipprepara għall-irwol tagħha bħala narratriċi, xorta waħda għamlet l-appoġġ u l-preżenza tagħha jinħassu matul dan kollu. Prosit Antonella. Grazzi Gerard James Borg għall-gwida tiegħu…”
Mya għalqet il-messaġġ tagħha bil-kliem, “Għal dejjem grata għal din l-esperjenza, għall-memorji, u għal kull persuna li kienet miegħi matul il-vjaġġ.”
Prosit tassew Mya! Nawgurawlek għal aktar esperjenzi sbieħ.