Id-Dar tal-Providenza appellat għall-għajnuna tal-pubbliku hekk kif għaddejjin il-preparamenti għall-edizzjoni tal-2026 tal-BOV Volleyball Marathon.
Hu mistenni jkun l-aktar wieħed ambizzjuż s’issa. F’messaġġ li ttella’ fuq il-paġna uffiċjali tagħha, Id-Dar tal-Providenza ħeġġet lil dawk interessati biex jingħaqdu bħala voluntiera kemm fil-ġimgħat ta’ qabel l-avveniment kif ukoll matul il-maratona ta’ volleyball ta’ 53 siegħa.
L-organizzaturi spjegaw li l-għajnuna tal-voluntiera hija essenzjali biex l-avveniment ikun suċċess u biex jitkompla jinġabar appoġġ għall-ħidma li twettaq Id-Dar tal-Providenza.
Kull min jista’ jagħti ftit mill-ħin tiegħu qed jintalab jimla l-formola online sabiex jingħaqad mat-tim tal-voluntiera.
Il-BOV Volleyball Marathon tibqa’ waħda mill-akbar inizjattivi ta’ ġbir ta’ fondi f’Malta, li kull sena tiġbed lejha mijiet ta’ voluntiera u sostenituri għal kawża nobbli.
Facebook/ Dar Tal-Providenza Siggiewi