“Barka Ċkejkna Ser Tingħaqad Magħna F’Novembru Li Ġej” – Il-Kantanta Lokali Martina Fenech Tħabbar Li Qed Tistenna Tarbija

Martina Fenech

Il-kantanta lokali Martina Fenech ġimgħa ilu kitbet messaġġ mimli mħabba hekk kif binha ċċelebra għeluq is-seba’ sena tiegħu.

Fissret kemm dawn is-snin kienu speċjali għaliha u kemm binha biddel ħajjitha mill-jum li twieled. Jidher li minn hawn u ftit xhur oħra, ġojjell ieħor ser ikun qed ikompli jsebħilhom ħajjithom – dan hekk kif il-kantanta qed tistenna tarbija.

“Imbagħad saru erba’. Barka ċkejkna ser tkun qed tingħaqad magħna f’Novembru li ġej,” kitbet Martina. Qasmet ritratt ta’ ritratt li juri r-rigal prezzjuż li qed jistennew b’ħerqa u b’imħabba.

Awguri minn qalbna Martina u l-familjari tagħha!







Ritratti:

Facebook/ Martina Fenech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI