Jumejn ilu t-tim ta’ Furjana FC ġie ddikjarat bħala r-rebbieħ tal-kampjonat tal-Premier League wara li rebaħ partita finali kontra Marsaxlokk FC permezz ta’ gowl kontroversjali li qanqal dibattitu sħiħ.
Fl-isfond ta’ din il-kontroversja, dalgħodu t-tim ta’ Marsaxlokk FC ħabbar fuq il-midja soċjali li ressaq protest quddiem l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Malti hekk kif qed tisħaq li l-gowl deċiżiv skurjat fil-ħin supplimentari minn Furjana FC ma kienx wieħed validu.
It-tim ta’ Marsaxlokk FC sostna l-argument tiegħu billi rrefera għal waħda mir-regoli tal-kampjonat li tgħid li gowl ma jistax jiġi skurjat direttament minn throw-in.
Fl-istqarrija li ħareġ fuq il-midja soċjali, it-tim Xlukkajr temm jisħaq li huma jemmnu li dan il-gowl wassal għal “inġustizzja sportiva serja”.
Facebook / Mark Mangion u Floriana FC