“Ma Setax Jieqaf Jgħannqu” – Mument Ħelu Meta Uffiċjal Tal-LESA Jħalli Tifel Jirkeb Fuq Il-Mutur

LESA

Xi kultant, l-iżgħar mumenti jkunu dawk li jħallu l-akbar impatt. Dan kien il-każ waqt li uffiċjal tal-LESA kien fuq il-post minħabba inċident żgħir tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.

Matul l-intervent tagħhom, wieħed mill-uffiċjali ltaqa’ ma’ tifel żgħir li, mingħajr ma jaf, irnexxielu jagħmel il-ġurnata tiegħu ferm isbaħ.

L-uffiċjal ħalla lit-tifel joqgħod fuq il-mutur tal-pulizija, xegħel il-beacon lights u saħansitra daqq il-ħorn. Kien mument li ġab tbissima kbira fuq wiċċ it-tifel u biddel sitwazzjoni ordinarja f’memorja speċjali.

Omm it-tifel esprimiet il-gratitudni tagħha għall-ġest sabiħ tal-uffiċjal. “It-tifel ma setax jieqaf jgħannqu lill-uffiċjal qabel sellimlu.”

Storja sempliċi iżda mimlija umanità li tfakkar kif atti żgħar ta’ ġentilezza jistgħu jagħmlu differenza kbira.







Ritratti:

Facebook/ LESA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI