Illum tagħlaq sninha l-kantanta lokali Amelia Kalabic, li rajnieha fost l-oħrajn waqt X Factor Malta, fir-raba’ staġun u kif ukoll fil-ħames staġun li xxandar aktar kmieni din is-sena.
Fost dawk li awgurawlha f’dan il-jum kienet l-għażiża ommha Marisa, fejn esprimiet kemm hi kburija biha, u b’dak kollu li qed tikseb hi u tikber.
“Dejjem ftakar li tista’ tafda fija tkun xi tkun, illum u dejjem. Ibqa’ kun il-persuna twajba, soda, u unika li int. Qatt tinbidel. Inħobbok ħafna u ħafna,” tiktbilha Marisa.
Awguri mill-qalb Amelia! Nixtiqulek ħafna suċċessi llum u dejjem!
Facebook/ Amelia Kalabic