Fr. Robin Camilleri fakkar il-12-il anniversarju tiegħu bħala Arċipriet tal-Bażilika, filwaqt li rringrazzja lill-poplu Senglean għar-rispett u l-fiduċja li dejjem wrew lejh matul is-snin.
F’messaġġ li qasam, Fr. Robin qal li jibqa’ impenjat li jkompli jaqdi lill-komunità bil-għajnuna ta’ Ġesù Redentur u ta’ Ommna Marija Bambina.
“12-il sena Arċipriet tal-Bażilika. Grazzi lil Poplu Senglean tar-rispett kbir u fiduċja. Inkompli inservikom bil-għajnuna ta’ Ġesu’ Redentur u ta’ Ommna Marija Bambina.”
Huwa esprima l-gratitudni tiegħu lejn dawk kollha li appoġġjawh fil-ħidma pastorali tiegħu matul dawn is-snin. Il-messaġġ tiegħu ġie milqugħ b’ħafna kummenti ta’ awguri u apprezzament minn membri tal-komunità Sengleana.
Awguri Fr. Robin!
Facebook/ Robin Camilleri