Bil-Filmat: Eks Islanders Jirritornaw Ġewwa L-Villa Tar-Raba’ Staġun Ta’ Love Island Malta

Chelsea

Eks parteċipanti ta’ Love Island Malta għamlu vjaġġ nostalġiku lura fil-villa popolari hekk kif ir-raba’ staġun għaddej ġmielu.

Chelsea, Marie Christine, Sven u Andriy reġgħu żaru l-villa fejn darba għexu waħda mill-aktar esperjenzi memorabbli tagħhom fuq it-televiżjoni.

Huma ħadu diversi ritratti waqt li fakkru l-mumenti speċjali li qasmu flimkien matul iż-żmien tagħhom fil-programm.

L-eks islanders daru mal-postijiet ikoniċi kollha tal-villa, fil-pixxina, fil-kċina u anke fil-gym – postijiet li raw ħbiberiji, relazzjonijiet u emozzjonijiet intensi jiżviluppaw.

Sadanittant, ir-raba’ staġun ta’ Love Island Malta diġà beda b’żewġ episodji li qed jiġbdu attenzjoni kbira fuq il-midja soċjali.

Diversi kummenti u reazzjonijiet dwar x’qed jiġri hekk kif it-telespettaturi qed jibdew jiffurmaw l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kontestanti l-ġodda u d-dinamika fil-villa.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI