Il-Bulgarija bħalissa qed tħejji sabiex għall-ewwel darba fl-istorja tkun hi li tospita l-Eurovision Song Contest. Dan wara li s-Sibt li għadda kienet il-kantanta Bulgara Dara li ħarġet rebbieħa bil-kanzunetta tagħha ‘Bangaranga’.
Ministru Bulgaru li tkellem mal-midja esprima s-sodisfazzjon tiegħu li pajjiżu se jingħata dan il-privileġġ. Hu esprima ċ-ċertezza tiegħu li l-ħidma li se twettaq il-Bulgarija matul is-sena li ġejja se tiżgura li f’Mejju tas-sena d-dieħla jittella’ spettaklu mill-isbaħ.
Hu tkellem ukoll dwar liema belt Bulgara tista’ tospita dan l-ispettaklu tant grandjuż. Semma li l-belt kapitali ta’ Sofia tista’ tkun għażla tajba minħabba l-infrastruttura addattata u l-konnessjonijiet internazzjonali li din għandha. Madankollu, ma eskludiex bliet oħrajn – Burgas, Plovdiv kif ukoll Varna.
Il-Ministru Bulgaru esprima wkoll is-sodisfazzjon tiegħu li din ir-rebħa se tkun qed tagħti iżjed prominenza lill-kultura Bulgara.
YouTube / Eurovision Song Contest u Pexels