Illum huwa jum speċjali għall-kantant leġġendarju Taljan Al Bano hekk kif qed jiċċelebra għeluq it-83 sena tiegħu. B’karriera twila mimlija suċċess, il-vuċi tiegħu baqgħet waħda magħrufa u maħbuba minn ġenerazzjonijiet sħaħ madwar id-dinja, inkluż hawn Malta.
Matul is-snin, Al Bano kiseb popolarità kbira permezz ta’ kanzunetti romantiċi u emozzjonanti li ħafna għadhom jiftakruhom u jkantaw magħhom sal-lum ił-ġurnata. Fost l-aktar kanzunetti magħrufa tiegħu nsibu “Felicità”, “Sharazan” u “Ci Sarà”.
Mhux l-ewwel darba li Al Bano stess wera kemm għandu rabta speċjali ma’ Malta, li skontu huwa pajjiż li dejjem laqgħu b’imħabba kbira. Għalhekk illum ħafna Maltin qed jingħaqdu biex jagħtuh l-awguri tagħhom, b’xewqat mimlija b’aktar ferħ, saħħa u kuntentizza.
Awguri lil Al Bano f’dan il-jum tant speċjali!
Fb/ Al Bano