Aidan Qed Ikompli Jiġbed Attenzjoni Internazzjonali Bl-Aċċent Malti Tiegħu!

Wara l-esperjenza tiegħu fil-Eurovision 2026, Aidan reġa’ sab ruħu fiċ-ċentru tal-attenzjoni, din id-darba mhux biss għall-mużika brillanti tiegħu, iżda wkoll għall-mod kif juża l-Ingliż b’aċċent Malti li jidher li qed jisraq il-qlub ta’ ħafna mis-segwaċi barranin.

F’dawn l-aħħar sigħat,dehru diversi filmati fuq TikTok u Instagram li fejn inġabru bosta views u kummenti minn nies li faħħru l-aċċent  fejn iddeskrivewh bħala wieħed “uniku”, “attraenti” kif ukoll “ aċċent li jiġbdek”. Fost il-kummenti kien hemm ukoll min kiteb li “l-aċċent Malti għandu personalità tiegħu,” filwaqt li oħrajn qalu li jistgħu jisimgħuh jitkellem għal sigħat sħaħ.

@lillyeditz27 YOU CANNOT TELL ME THIS ACCENT ISN'T GORGEOUS I'm so in love… #AIDAN #eurovision2026 #eurovisionsongcontest #eurovisionvienna #eurovisionsongcontest2026 ♬ original sound – 𐚁✯℧𓃗Lilly𓃗℧✯𐚁

Xi Maltin ukoll daħlu jiddefendu u jfaħħru l-identità Maltija fejn stqarru kemm huma kburin li għandhom aċċent daqshekk partikolari. Dan kollu biss wara ftit jiem mill-esperjenza tiegħu fil-Eurovision 2026 fi Vjenna, fejn minkejja l-kompetizzjoni kbira, baqa’ wieħed mill-aktar artisti li kisbu popolarità onlajn.

Għaldaqsant din mhijiex l-ewwel darba li rajna lil Aidan imur  viral fuq il-midja soċjali, iżda jidher li din id-darba l-personalità naturali tiegħu u l-mod kif jitkellem kienu biżżejjed biex jerġgħu jqajmu diskussjoni pożittiva dwar il-kultura u l-identità Maltija.







Ritratti:

Fb/ Aidan
Tiktok

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI