Xi drabi jkun hemm rabtiet li ma tistax tispjegahom bil-kliem hekk kif jidher fil-każ ta’ Dale u Naya, żewġt iqtates ta’ sitt xhur li bħalissa qed ifittxu dar ġdida iżda b’kundizzjoni waħda importanti: li jibqgħu flimkien
L-organizzazzjoni CSAF Malta ressqet storja ħelwa dwar dawn iż-żewġt iqtates li sabu kenn, faraġ u ħbiberija f’xulxin. Fir-ritratti li ġew ippubblikati, Dale u Naya jidhru magħqudin flimkien f’sodda ċkejkna, li diffiċli wisq biex tiggustahomx.
Dale huwa Bengal mix b’dehra impressjonanti ħafna. Għandu għajnejn ħodor li jiġbdu l-attenzjoni u karattru rilassat iżda kurjuż. Naya, min-naħa l-oħra, hija qattusa aktar kwieta u delikata, iżda intelliġenti ħafna. Tħobb tosserva kollox madwarha u tieħu l-ħin tagħha biex tafda lil min ikun qribha. Madankollu, ladarba tħossok persuna sigura għaliha, issir qattusa leali immens.
Min jieħu ħsiebhom qal li fejn tmur waħda, isegwi l-ieħor. Huma jqattgħu ħafna mill-ħin magħqudin flimkien u proprju għalhekk qed isir appell biex ma jinfirdux, għax ir-rabta tagħhom tidher li hija waħda tassew speċjali. Dale u Naya għadhom żgħar, mimlijin enerġija u lesti biex jagħtu ħafna mħabba lil min jagħtihom ċans.
Fb/ Carers for Stray and Abandoned Felines