42 Sena Ta’ Ħidma Għall-Festa ta’ Santa Rita – Armar Ġdid Għal Din Is-Sena Fil-Knisja Ta’ Santu Rokku

Is-Soċjetà Mużikali Duke of Connaught’s Own Band Club ta’ Birkirkara awgurat il-festa t-tajba lill-parruċċani fl-akwati tal-Knisja ta’ Santu Rokku fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Rita, li qed tiġi ċċelebrata matul din il-ġimgħa.

F’messaġġ ippubblikat fuq il-midja soċjali, il-President, il-Kumitat u l-fergħat kollha tas-Soċjetà sellmu b’mod speċjali lid-Direttur Spiritwali tagħhom, il-Kanonku Kantur Dun Jesmond Grech, li jieħu ħsieb il-Knisja ta’ Santu Rokku.



Is-Soċjetà rringrazzjat ukoll lill-membri tal-każin li għal dawn l-aħħar 42 sena ilhom jieħdu ħsieb l-armar intern u estern ta’ din il-festa tradizzjonali u tant għal qalb il-Karkariżi.



Din is-sena, il-festa se tkun imżejna wkoll b’armar ġdid li qed jiġi żvelat għall-ewwel darba, frott it-talenti u l-ħidma tal-membri tas-Soċjetà fuq disinn, sfumar u pittura ta’ Sandro Galan.

Il-messaġġ intemm b’awguri sinċieri għall-festa lil dawk kollha li qed jiċċelebraw din l-okkażjoni reliġjuża.



Ritratti:

Facebook / Duke of Connaught’s Own Band Club

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI