Illlum Se Tiżżewweġ Omm L-Influencer Sarah Zerafa – Ħafna Ħerqana Biex Jaraw X’Se Jkunu Lebsin!

Illum se tkun ġurnata speċjali ħafna għall-familja tal-influencer Maltija Sarah Zerafa, hekk kif ommha se tkun qed tiżżewweġ.



Sarah qasmet ritratt ħelu fuq il-midja soċjali waqt il-prova fil-knisja, fejn dehret flimkien ma’ ħuha, ommha u l-maħbub tagħha. Ir-ritratt wassal atmosfera mimlija ferħ u emozzjoni hekk kif il-familja qed tħejji ruħha għal dan il-jum importanti.



Fost it-tbissim u l-mumenti sbieħ li qasmet mas-segwaċi tagħha, wieħed seta’ jinnota kemm din l-okkażjoni tfisser ħafna għalihom kollha.

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lill-koppja ħajja mimlija mħabba, saħħa u kuntentizza flimkien f’dan il-kapitlu ġdid ta’ ħajjithom.



Ritratti:

Facebook / Sarah Zerafa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI