Fadal l-aħħar ftit kilometri għal Fabio Spiteri, u jkun kisesr ir-rekord personali tiegħu, kif ukoll rekord nazzjonali ieħor fl-istorja ta’ Malta.
Bħalissa, Fabio qed jikkomepti f’Double DECA, esperjenza diffiċli mmens li qed iġġiegħlu juża d-determinazzjoni kollha tiegħu biex jasal sal-aħħar, iżda qed jagħmel dan minn qalbu biex jiġbor il-flus għas-santwarji tal-annimali.
Hu baqagħlu biss l-aħħar ħmistax -il kilometru biex ikun wasal sal-aħħar. Waqaf jistrieħ ftit u jagħmel sessjonijiet ta’ terapija minħabba nfjammazzjoni f’saqajh iżda beħsiebu jtemm il-ġirja wara li jistrieħ għal ftit minuti.
Minkejja li għaddej minn sfida kemm fiżika u kemm mentali biex itemm id-Deca, hu qed jirċievi appoġġ kbir mill-poplu Malti, u s-santwarji tal-annimali jinsabu wkoll grati mmens għas-sagrifiċċju tiegħu.
Kuraġġ Fabio!
Facebook / Fabio Spiteri