“Għal Kull Min Hu Għaddej Minn Fażi Diffiċli… Tistħux Tiftħu Qalbkom U Ssaqsu Għall-Għajnuna” – Ivan Grech

Il-kantant lokali Ivan Grech kiteb messaġġ ta’ ispirazzjoni fuq il-paġna tiegħu biex ifakkar lis-segwaċi tiegħu dwar l-importanza tas-saħħa mentali. Hu jħeġġiġna biex niftħu qalbna u nitkellmu.

Ivan stqarr, “Għal kull min hu għaddej minn fażi diffiċli… tistħux tiftħu qalbkom u ssaqsu għall-għajnuna. Huwa sinjal ta’ saħħa li tagħmel dan. Ħafna minna għaddew minn fażi fejn ħassewhom miksura, jien ukoll. Din hi l-ħajja, iżda l-imħabba turina u tfakkarna fis-saħħa speċjali li tinsab fina lkoll.”



Żied jgħid, “Ejjew nirbħu l-biża’ li niftħu qalbna u nitkellmu. Pass wieħed biss għandna bżonn biex insaqsu, u xi ħadd se jkun hemm biex jifhem u jisma’, għax veru jimpurtah.”



Messaġġ mill-qalb li jfakkarna kemm hu importanti li nitkellmu minflok inżommu kollox ġo fina. Nirringrazzjawh għal dawn il-kelmtejn ta’ ġid.



Ritratti:

Facebook / Ivan Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI