“Il-Parroċċa Tal-Katidral Tifraħ… Għad-Don Tas-Saċerdozju Ta’ Dun Samuel Aquilina U Dun Marlon Victor Bajada.” – Il-Katidral T’Għawdex

Il-paġna uffiċjali tal-Katidral t’Għawdex awgurat lil Dun Samuel Aquilina u Dun Marlon Victor Bajada li ħassew f’qalbhom id-don tas-saċerdozju.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, kitbulhom, “Il-Parroċċa tal-Katidral tifraħ u tingħaqad mal-Knisja f’Għawdex għad-don tas-saċerdozju ta’ Dun Samuel Aquilina u Dun Marlon Victor Bajada. Nifirħulhom u nwegħduhom it-talb tagħna.”

Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti pożittivi, ta’ tama u kuraġġ fuq dan il-vjaġġ ġdid tagġhom. Fost il-kummenti kien hemm min kiteb, “Alla li żera’ l-vokazzjoni saċerdotali fikom ikun magħkom tul il-vjaġġ u ċertament ser ikompli jieħu ħsiebkom.”



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom mill-qalb u nżommuhom fit-talb tagħna biex Alla jkompli jżomm idejh fuqhom.





Ritratti:

Facebook / Gozo Cathedral

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI