“Attendiet Għal Attività Li Fakkret Il-200 Sena Anniversarju Mit-Twaqqif Tal-Malta Union Club” – Il-President E.T. Myriam Spiteri Debono

Fuq il-paġna uffiċjali tal-President E.T. Myriam Spiteri Debono, tħabbret żjara tal-President lejn il-Malta Union Cllub.

Fuq il-paġna spjegaw, “Il-Ġimgħa filgħaxija, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet għal attività li fakkret il-200 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Malta Union Club.”

Żiedu jgħidu, “Fl-indirizz tagħha, il-President innutat kif il-Malta Union Club preżentement adotta policy ta’ inklussività u għadu jservi bħala spazju fejn jiltaqgħu persuni minn ġenerazzjonijiet differenti. Hija enfasizzat l-importanza ta’ postijiet bħal dawn li jsaħħu d-djalogu, ir-rispett reċiproku u s-sens ta’ komunità.”



Komplew jiktbu, “It-tmexxija tal-Malta Union Club ippreżentat lill-President ta’ Malta donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund.”



Nirringrazzjawhom mill-qalb għal dan il-ġest nobbli u nawgurawlhom għal diversi iktar snin ta’ ħidma.



Ritratti:

Facebook / Myriam Spiteri Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI