“Inti L-Aqwa Għalliem Fid-Dinja” – In-Nota Li Messet Il-Qalb Ta’ Etienne Micallef

L-awtur u preżentatur lokali Etienne Micallef qasam mument emozzjonanti mill-esperjenza tiegħu bħala edukatur, hekk kif qed joqrob lejn tmiem il-25 sena tiegħu jaħdem fil-kulleġġ.

Fuq il-midja soċjali, Micallef tella’ ritratt ta’ nota miktuba minn student li fiha rringrazzjah tax-xogħol u d-dedikazzjoni tiegħu. L-istudent qallu, “l-aqwa għalliem fid-dinja” u qallu li hu rnexxielu jbiddel l-imġiba tiegħu għall-aħjar.



“Taf li qiegħed fit-triq it-tajba meta tibqa’ tirċievi noti bħal dawn,” kiteb Micallef, filwaqt li stqarr li kull sena tibqa’ waħda diffiċli meta jasal il-mument li jsellem lill-istudenti tiegħu. “Il-25 sena tiegħi fil-kulleġġ kważi waslu fi tmiemhom, u dejjem tkun ta’ uġigħ meta jasal iż-żmien li nħalli lit-tfal jitilqu,” kompla jgħid.



In-nota kienet akkumpanjata wkoll minn tpinġija żgħira b’qalb, ġest sempliċi iżda mimli apprezzament lejn għalliem li jidher li ħalla impatt qawwi fuq il-ħajja tal-istudenti tiegħu.

Il-post mess il-qlub ta’ ħafna nies, b’diversi jfaħħru d-dedikazzjoni ta’ edukaturi li kuljum jagħmlu differenza fil-ħajja tat-tfal u ż-żgħażagħ.



Ritratti:

Facebook / Etienne Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI