L-attriċi u preżentatriċi, Antonella Galea Loffreda kitbet messaġġ mill-isbaħ għal bintha Martina, fejn esprimiet kemm hi kburija biha hekk kif irnexxiet f’esperjenza artistika.
“Tliet snin ilu, tlaqt mid-dar biex issegwi l-ħolma tiegħek, u issa, f’dak li jinħass bħala f’ħakka t’għajn, illum jimmarka t-tmiem ta’ kapitlu sabiħ,” kitbet Antonella. “L-aħħar jum tiegħek fl-ArtsEd, il-kulleġġ tal-ħolm tiegħek għal tant snin.”
“Ma nistgħux inkunu aktar kburin bit-tfajla kuraġġuża, talentuża u determinata li sirt. Dan jista’ jkun it-tmiem tal-vjaġġ tiegħek fl-ArtsEd, iżda huwa wkoll il-bidu ta’ dak kollu li qed jistenniek quddiemek.”
Hija kompliet, “Nawguralek il-ferħ u s-suċċess kollu fil-futur li jibda issa. Ibqa’ emmen fik innifsek, kompli aħdem iebes, u qatt tieqaf tiġri wara l-ħolm tiegħek. Inħobbuk bla tmiem u dejjem se nkunu l-akbar sostenituri tiegħek.”
Facebook / Antonella Galea Loffreda