Illum gawdejna minn ġurnata tassew sabiħa u kwieta, b’temp ċar u xemxi li aktar beda jfakkarna fis-sajf. Sa minn dalgħodu kmieni, it-temp kien stabbli u pjaċevoli, filwaqt li l-arja bdiet tinħass aktar sħuna tul il-ġurnata.
It-temperaturi laħqu madwar is-27°C, filwaqt li matul il-lejl mistennija jinżlu għal madwar is-17°C. Ir-riħ baqa’ ħafif għal moderat mill-Punent, u aktar tard filgħaxija mistenni jdur ħafif mill-Lbiċ. Għaldaqstant illejla għandu jkun pjuttost kwiet ukoll.
Anke l-baħar baqa’ relattivament kalm għal ħafna ħin mill-ġurnata, għalkemm bħal dejjem, wieħed għandu juża prudenza f’żoni magħrufa għal mewġ mill-Punent bħal Wied iż-Żurrieq, il-Lapsi, Ġnejna u Għajn Tuffieħa jekk ir-riħ isaħħaħ xi ftit.
Jidher li l-ġranet sbieħ u sħan issa qed jibdew jagħmlu lilhom infushom aktar preżenti hekk kif noqorbu lejn l-istaġun tas-sajf.
Fb/ Mid-djarju tat-timba