Tliet snin ilu, Kate għaddiet minn operazzjoni importanti f’saqajha taħt il-kura tat-tabib Matthew Dobbs. Illum, hi qed tħares lura lejn dak il-mument b’emozzjoni kbira hekk kif qasmet aġġornament pożittiv dwar il-progress tagħha.
Fuq il-midja soċjali, Kate spjegat kif wara ħafna taħriġ intensiv, terapija u anke operazzjonijiet oħra, issa qed jirnexxielha tagħmel “xi passi żgħar” u dan huwa meqjus bħala pass importanti ħafna fil-vjaġġ tagħha.
Hi fissret ukoll kemm dan il-progress ma kienx ikun possibbli mingħajr l-appoġġ kontinwu tan-nies li baqgħu warajha tul dawn is-snin. Kate rringrazzjat lil dawk kollha li tawha kuraġġ, appoġġ emozzjonali u anke għajnuna finanzjarja permezz ta’ donazzjonijiet. “Kull pass li nieħu huwa tfakkira tal-imħabba u l-kuraġġ li nirċievi talli temmnu fija”, kitbet emozzjonata.
L-istorja tagħha tispira ħafna segwaċi li ta’ spiss jibagħtulha messaġġi ta’ kuraġġ u tama għal kull progress li qed tagħmel. Minkejja l-isfidi li għaddiet minnhom, Kate qed turi determinazzjoni kbira biex tkompli miexja ’l quddiem.
Fb/ Kate: Writing my story