Il-Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes esprimiet il-kondoljanzi sinċieri tagħha lil Fr Mario Mifsud u lill-familja kollha tiegħu f’dan il-mument tant diffiċli.
F’messaġġ mimli rispett u solidarjetà, il-Konfraternità appellat lill-komunità biex iżżommha fit-talb tagħha, filwaqt li talbet lill-Mulej jilqagħha għall-mistrieħ ta’ dejjem. Il-funeral tas-Sinjura Tereża Mifsud ser isir nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju fid-9.45am fil-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu ġewwa l-Ħamrun.
F’isem Gwida.mt nibagħtu l-kondoljanzi tagħna wkoll lil Fr Mario Mifsud u lill-qraba kollha tiegħu filwaqt li nżommuha fit-talb tagħna.