Bil-Filmat: “Tipprova Tfejjaq Qalb Maqsuma, U Minuta Wara Tisfa Muġugħa Oħra” – Innocent Paws Maria D’Amato

Nicki

Storja oħra qed tmiss il-qlub ta’ ħafna fuq il-paġna ta’ Innocent Paws – Maria D’Amato.

Luna, il-husky li għal dawn l-aħħar snin kienet tgħix ma’ Nikki, sabet familja ġdida u telqet biex tibda kapitlu ġdid f’ħajjitha.

Iżda wara dak il-mument sabiħ ta’ adozzjoni, ħalliet warajha lil Nikki – kelb ta’ 10 snin b’natura ħelwa immens – xi ħaġa li ġġib magħha dispjaċir.

L-appell issa huwa wieħed sempliċi iżda qawwi: hemm xi ħadd lest jiftaħ qalbu u jagħti dar għal Nikki?

Kull min ma jistax jadotta, jista’ xorta jgħin billi jxerred l-appell fuq il-midja soċjali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI