Soċjetà Mużikali Beland sellmu l-memorja ta’ Tereża Cachia Zammit, li nzertat tiġi mill-mibki Eks President tagħhom, Dr. Alexander Cachia Zammit.
“Insellmu l-memorja għażiża ta’ Tereża Cachia Zammit, oħt il-mibki Eks President ta’ dis-Soċjetà, Dr. Alexander Cachia Zammit; u nagħtu l-kondoljanzi sinċiera lill-familjari u ħbieb. Tistrieħ fis-sliem,” tikteb is-soċjetà mużikali.
Qasmu ritratt biex isellmu l-memorja ta’ Tereża u jfakkruha. Bosta sellmu l-memorja tagħha fil-kummenti u offrew il-kondoljanzi.
F’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi. Strieħ fis-sliem Tereża.