Mill-bidu tar-raba’ staġun ta’ Love Island Malta l-emozzjonijiet u l-argumenti ma naqsux. Minnufih l-islanders bdew jgħidu dak li jħossu lil xulxin mingħajr kantunieri.
Maż-żmien, żdiedet il-kunfidenza bejniethom, u qed naraw li anke qed jintervjenu fil-kwistjonijiet ta’ xulxin fejn hemm bżonn, u qed jaqblu ma’ min jaħsbu li għandu raġun. Jagħtu l-pariri u jiġbdu l-attenzjoni lil dak li jkun.
Illejla ser jingħad ħafna kliem, li se jqanqal argumenti jaħarqu u anke emozzjonijiet differenti. Segwu llejla fuq TVM+ fid-20:45.
TVMi/ Love Island Malta